Lil Onorevoli: Prim Ministru Lawrence Gonzi, George Pullicino, u Mario de Marco

Gheziez raprezentanti nazzjonali tal-gvern,

Il-president tal-Kummissjoni Barroso u l-Kummissarju tas-sahha Dalli ghadhom kemm approvaw li prodotti li huma genetikament modifikati jigu kkultivati u mkabbrin ghall-ewwel darba fi tnax-il sena fiz-zona Ewropeja. Din id-decizjoni poggiet riskji lis-sahha tan-nies kif ukoll lil ambjent ta’ madwarna, liema riskji huma inaccetabbli. Jiena nitolbok sabiex thares l-ikel tieghi minn prodotti tar-raba’ li huma genetikament modifikati.

Il-Kummisjoni Ewropeja ghazlet li tinjora kull principju ta’sahha kif ukoll l-ghazla tac-cittadini Ewropej. U din l-ahhar decizjoni wrietni bic-car illi l-Kummisjoni Ewropeja iggib il-profitti l-ewwel, minflok taghti prijorita li taqdi d-dmir taghha u thares lic-cittadini Ewropej fl-ahjar mod possibli.

Is-sistema li tintuza bhalissa biex tanalizza ikel u prodotti tar-raba’ li huma genetikament modifikati ma tahdimx. F’Dicembru tal- 2008 l-Istati Membri Ewropej unanimament ikkonkludew li ligijiet Ewropej fuq prodotti tar-raba’ genetikament modifikati mhumiex qed jigu implimentati kif suppost mill-Kummisjoni u li l-analizi tal-prodotti genetikament modifikati kellha titjieb. Il-Kummissjoni ma setatx thalli l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti genetikament modifikati jigu uzati qabel ma kull htiega li kien hemm bzonn li ssir tkun saret u wara li tkun assigurat li kollox huwa kif suppost u skond il-ligi. Nixtieq li tisejjah sospensjoni ta’ kull approvazjoni ta’ prodotti u ikel genetikament modifikat u ghalhekk nitolbok biex bla ebda dubju tivvota f’isem pajjizek kontra kull approvazzjoni jew proposta mill-Kummissjoni Ewropeja f’dan ir-rigward.

Ir-riskji li prodotti tar-raba’ genetikament modifikati jpoggu lis-sahha tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll lil ambjent ma gewx analizzati bizzejjed. Kif ukoll l-impatti negattivi ta’ prodotti genetikament modifikati fuq l-ekonomija u s-socjeta gew injorati. Nixtieq li l-futur tieghi jkun assigurat li fl-ikel ma jkun hemm l-ebda prodott genetikament modifikat izda li l-prodotti tar-raba’ jigarantixxu prodott bnin u tajjeb ghas-sahha. Nitolbok li tassigura li n-nies, il-bdiewa, u l-ambjent ikunu protetti mija fil-mija minn prodotti genetikament modifikati u li d-dritt taghna jigi mhares u rispettat mill-Kummissjoni Ewropeja.

Jien nappoġġa lil din is-cyberaction